Language of document : ECLI:EU:T:2013:395





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2013 —
Iran Liquefied Natural Gas vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑5/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Projbizzjoni ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti kummerċjali fis-seħħ — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà manifesta tal-eċċezzjoni ta’ illegalità li fuqha hija bbażata t-talba — Inammissibbiltà tat-talba”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Natura provviżorja tal-miżura (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 24, 25)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali — Eżami sommarju tar-rikors prinċipali mill-Imħallef għal miżuri provviżorji — Eżami ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma fil-proċeduri prinċipali (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 26, 27, 29)

3.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità — Eċċezzjoni mqajma fl-istadju tar-replika — Inammissibbiltà (Artikolu 277 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 31)

4.                     Eċċezzjoni ta’ illegalità — Portata — Atti li l-illegalità tagħhom tista’ tiġi eċċepita — Att ta’ natura ġenerali li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata — Neċessità ta’ rabta legali bejn l-att ikkontestat u l-att ġenerali kkontestat — Eċċezzjoni ta’ illegalità intiża kontra xi dispożizzjonijiet mingħajr rilevanza għas-soluzzjoni tat-tilwima prinċipali u li ma għandha ebda rabta legali diretta ma’ din tal-aħħar — Possibbiltà li l-att ġenerali jiġi kkontestat permezz ta’ rikors għal annullament — Inammissibbiltà manifesta (Artikoli 263 TFUE u 277 TFUE) (ara l-punti 32‑36)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dawn l-atti inkludew isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi, u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 356, p. 34), sa fejn dan l-att jirrendi impossibbli l-eżekuzzjoni tal-kuntratti konklużi mir-rikorrenti ma’ msieħba stabbiliti fl-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.