Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Spain Doce 13 vs UASI – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTORIA DELEF)

(Kawża T-359/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Spain Doce 13, SL (Crevillante, Spanja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gregorio Ovejero Jiménez (Alicante, Spanja) u María Luisa Cristina Becerra Guibert (Alicante, Spanja) (rappreżentant: M. Veiga Serrano, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2013 (Każ R 1046/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Cristina Becerra Guibert, minn naħa, u Spain Doce 13, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-konvenut.

L-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-konvenut.

____________

1     ĠU C 252, 31.08.2013