Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Walton vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-32/13) 1

(Servizz Pubbliku – Membru tal-Persunal temporanju – Allowance għall-firda – Riżenja kkonstatata b’sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej – Determinazzjoni tad-data tar-riżenja – Awtorità ta’ res judicata – Deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li saru definittivi fl-assenza ta’ rikorsi kontenzjużi – Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura amministrattiva minn qabel – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba intiża għall-kisba tar-rimbors tal-bilanċ mhux imħallas li l-Kummissjoni kienet obbligata li tħallas lir-rikorrent bħala allowance għall-firda.Dispożittiv tad-digrietIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.R. Walton għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.