Language of document : ECLI:EU:T:2008:136





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ April 2008 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kontroll ta’ konċentrazzjonijiet – Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 – Kundizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet Spanjoli fuq il-partijiet f’konċentrazzjoni ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar ta’ l-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 19-20)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tobbliga lil Stat Membru jirtira l-kundizzjonijiet imposti fuq impriża – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104 (2)) (ara l-punt 62)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104 (2)) (ara l-punti 71-74, 80)

4.                     Proċedura Sommarja – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikolu 242 KE) (ara l-punti 82-86)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 (Każ COMP/M/ 4685 – Enel/Acciona/Endesa) dwar proċedura skond l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, ta’ l-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal proċeduri għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.