Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2008 - Nuova Terni Industrie Chimiche vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Terni Industrie Chimiche SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Pellegrino, G. Pellegrino, G. Barone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara d-deċiżjoni kkontestata bħala illegali u tannulla din id-deċiżjoni fl-intier tagħha inkwantu hija tikkunsidra l-miżura kkontestata bħala għajnuna mill-Istat, li fil-fatt tikkostitwixxi kontinwazzjoni legali tal-miżura li permezz tagħha l-Istat Taljan ta kumpens lil Terni Spa (u l-aventi kawża tagħha) għall-esproprjazzjoni ta' l-impjanti ta' l-elettriku tagħha li seħħet bejn l-1962 u l-1963;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż ;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni safejn:

tiddikjara li l-Istat Taljan ta b'mod illegali għajnuna mill-Istat lil ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE;

tiddikjara li għandhom jiġu rkuprati somom minn ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche; u konsegwentement

tordna lill-Italja tirkupra dawn is-somom bl-interessi bla dewmien;

-    b'mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn hija tordna lill-Italja sabiex tirkupra l-għajnuna mill-Istat bl-interessi bla dewmien, peress li dan l-irkupru jikser il-prinċipju ġenerali ta' l-aspettativi leġittimi.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-62/08 ThyssenKrupp vs Il-Kummissjoni.

____________