Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta' Lulju 2010 - Nuova Terni Industrie Chimiche vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/08)1

"Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta' utilità pubblika - Estensjoni ta' tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta' vantaġġ - Prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Implementazzjoni tal-għajnuna"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nuova Terni Industrie Chimiche SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Pellegrino, G. Pellegrino u G. Barone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/408/KE, tal-20 ta' Novembru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implementata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008, L 144, p. 37).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Nuova Terni Industrie Chimiche SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 92, 12.4.2008.