Language of document : ECLI:EU:T:2014:1004





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014 —
Electrabel u Dunamenti Erőmű vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑40/14)

“Rikors għad-danni — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi favur ċerti produtturi tal-elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Terminu ta’ preskrizzjoni — Nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Kunċett ta’ dannu kontinwu — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għad-danni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Terminu ta’ preskrizzjoni — Preskrizzjoni li ma tikkostitwixxix eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Terminu li min-natura tiegħu huwa differenti minn terminu ta’ proċedura — Nuqqas ta’ applikazzjoni tat-terminu ta’ distanza għall-imsemmi terminu ta’ preskrizzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46(1); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2)) (ara l-punti 33, 34)

2.                     Rikors għad-danni — Terminu ta’ preskrizzjoni — Bidu tad-dekorrenza — Responsabbiltà għal att regolamentari — Data li fiha jidhru l-effetti dannużi tal-att (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 40, 41, 47)

Suġġett

Rikors għad-danni, ibbażat fuq it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minħabba d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal‑4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija (ĠU 2009, L 225, p. 53).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Electrabel SA u Dunamenti Erőmű Zrt huma kkundannati għall-ispejjeż.