Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Kafetzakis et vs Il-Parlament et

(Kawża T-38/14) 1

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għad-danni – Ristrutturar tad-dejn pubbliku tal-Greċja – Involviment tas-settur privat – Dannu relatat mat-tnaqqis tal-krediti pprovduti bħala kumpensi tat-tkeċċija – Dikjarazzjonijiet tal-kapijiet tal-Istati jew tal-Gvernijiet taż-Żona Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro – Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali mad-dannu invokat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Georgios Kafetzakis. (Ateni, il-Greċja) u l-mija u tnejn rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: C. Papadimitriou, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u L. Visaggio, aġenti); Il-Kunsill Ewropew; Il-Grupp tal-Euro; Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, M. Balta u E. Dumitriu Segnana, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, J.-P. Keppenne u B. Smulders, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: P. Papapaschalisut u P. Senkovic, aġenti)SuġġettMinn naħa, talba intiża biex jiġi kkonstatat li l-konvenuti naqsu illegalment milli jadottaw il-miżuri leġiżlattivi neċessarji għall-finijiet li l-obbligazzjonijiet miżmuma mir-rikorrenti, bħala impjegati ta’ Olympiaki Aeroporia, ma jkunux milquta mill-pjan ta’ parteċipazzjoni tas-settur privat fil-programm ta’ finanzjament tad-dejn (PSI), li jnaqqas il-valur tad-dejn tal-Istat Grieg, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dan in-nuqqas illegali milli tittieħed azzjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Georgios Kafetzakis u l-mija u tnejn rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 292, 01.09.2014.