Language of document : ECLI:EU:T:2014:684

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

7 ta’ Lulju 2014

Kawża T‑39/14 P

Joaquim Paulo Gomes Moreira

vs

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

“Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Terminu għall-preżentata ta’ appell — Tardività — Appell manifestament inammissibbli”

Suġġett:      Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013, Gomes Moreira vs ECDC (F‑80/11, ĠabraSP, EU:F:2013:159), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. Joaquim Paulo Gomes Moreira għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

Appell — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti tal-Unjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2))

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, appell jista’ jsir quddiem il-Qorti Ġenerali, fi żmien xahrejn li jiddekorru min-notifika tad-deċiżjoni impunjata, kontra d-deċiżjonijiet finali tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jaqtgħu parzjalment kwistjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta’ proċedura dwar eċċezzjoni ta’ inkompetenza jew ta’ inammissibbiltà. F’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, it-termini tal-proċedura għandhom jiżdiedu għal darba b’terminu ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza. It-termini tal-proċedura u ta’ distanza ma humiex distinti, hekk li meta jiskadi t-terminu tal-proċedura, dan għandu jiżdied b’terminu ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza.

Barra minn hekk, it-terminu għall-preżentata ta’ appell huwa kwistjoni ta’ ordni pubbliku, peress li ġie stabbilit sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u ċ-ċertezza tas-sitwazzjonijiet ġuridiċi u sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u li huwa fil-kompetenza tal-Qorti tal-Unjoni sabiex tivverifika, ex officio, jekk ġiex irrispettat.

(ara l-punti 5 u 6)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: digriet tal-15 ta’ Mejju 1991, Emsland‑Stärke vs Il‑Kummissjoni, C‑122/90, EU:C:1991:209, punt 9, u sentenza tat-23 ta’ Jannar 1997, Coen, C‑246/95, Ġabra, EU:C:1997:33, punt 21

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: sentenza tat-18 ta’ Settembru 1997, Mutual Aid Administration Services vs Il‑Kummissjoni, T‑121/96 u T‑151/96, Ġabra, EU:T:1997:132, punti 38 u 39; digrieti tal-20 ta’ Novembru 1997, Horeca‑Wallonie vs Il‑Kummissjoni, T‑85/97, Ġabra, EU:T:1997:180, punti 25 u 26, u tal-15 ta’ Lulju 2011, Collège des représentants du personnel de la BEI et vs Bömcke, T‑213/11 P(I), ĠabraSP, EU:T:2011:397, punt 11