Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Bouvret et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/12) 1

[Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba taħt l-iskemi tal-pensjoni nazzjonali – Deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tal-akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors manifestament infondat]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Bouvret (Brussell, il-Belġju), Beata Stepien (Brussell, il-Belġju) u Daniel Wille (Mouscron, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, u fl-aħħar nett J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, u fl-aħħar nett G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 379, 8.12.2012, p. 35.