Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Ġunju 2021 – Société de Logement de Service public (SLSP) “Sambre & Biesme”, SCRL vs Société wallonne du logement

(Kawża C-383/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Société de Logement de Service public (SLSP) “Sambre & Biesme”, SCRL

Konvenut: Société wallonne du logement

Domandi preliminari

L-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 , kif emendata bir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2170 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jemenda d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti ta’ applikazzjoni għall-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jipproduċi effett dirett?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-ewwel domanda, l-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2014/24/UE ppreċitata għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni għal awtorità kontraenti, f’dan il-każ kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku, li tkun irrappreżentata fi ħdan korpi deċiżjonali tal-persuna ġuridika kkontrollata, f’dan il-każ soċjetà kooperattiva interkomunali, hija ssodisfatta għar-raġuni biss li persuna li tpoġġi fuq il-bord tad-diretturi ta’ din is-soċjetà kooperattiva interkomunali fil-kwalità tagħha ta’ kunsillier muniċipali ta’ awtorità kontraenti parteċipanti oħra, f’dan il-każ komun, tinsab, minħabba ċirkustanzi esklużivament fattwali u mingħajr garanzija ġuridika ta’ rappreżentanza, li hija wkoll amministratur fi ħdan il-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku filwaqt li l-komun huwa azzjonist (mhux esklużiv) kemm tal-entità kkontrollata (soċjetà kooperattiva interkomunali) kif ukoll tal-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda magħmula, għandu jitqies li awtorità kontraenti, f’dan il-każ kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku, “tipparteċipa” fil-korpi deċiżjonali tal-persuna ġuridika kkontrollata, f’dan il-każ soċjetà kooperattiva interkomunali, għas-sempliċi raġuni li persuna li tpoġġi fuq il-bord tad-diretturi ta’ din is-soċjetà kooperattiva interkomunali fil-kwalità tagħha ta’ kunsillier muniċipali ta’ awtorità kontraenti parteċipanti oħra, f’dan il-każ komun, tinsab, minħabba ċirkustanzi esklużivament fattwali u mingħajr garanzija ġuridika ta’ rappreżentanza, li hija wkoll amministratur fi ħdan il-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku filwaqt li l-komun huwa azzjonist (mhux esklużiv) kemm tal-entità kkontrollata (soċjetà kooperattiva interkomunali) kif ukoll tal-kumpannija ta’ akkomodazzjoni ta’ servizz pubbliku?

____________

1     ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.

2     ĠU 2015, L 307, p. 5.