Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 – Léon Van Parys vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-603/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Firma Léon Van Parys NV (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, B. Van Vooren u R. Verbeke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-ittra tal-Kummissjoni li biha hija titlob informazzjoni komplementari mingħand l-amministrazzjoni tad-dwana u tas-sisa Belġjana bis-saħħa tal-Artikolu 907 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif ukoll tal-ittra tal-Kummissjoni Ewropea, tas-16 ta’ Settembru 2013, li biha hija tinforma lil Firma Léon Van Parys b’din it-talba u bis-sospensjoni tat-terminu ta’ eżami skont l-Artikolu 907 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93;

tiddikjara li l-Artikolu 909 tar-Regolament 2454/93 kien kompletament ta’ benefiċċju għar-rikorrenti wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali T-324/10, tal-10 ta’ Marzu 2013, fil-Każ REM/REC 07/07;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikoli 907 u 909 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 1 , kif ukoll tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE. Ir-rikorrenti ssostni li t-terminu għad-deċiżjoni ta’ disa’ xhur previst mill-artikoli ċċitati qabel kien skada u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kellhiex iktar kompetenza tagħti deċiżjoni fuq it-talba għal maħfra. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma għadx għandha kompetenza sa fejn hija aġixxiet bi ksur tal-tqegħid inkonformità sempliċi tad-deċiżjoni tagħha li ġiet annullata parzjalment mis-sentenza tad-19 ta’ Marzu 2013, Firma Van Parys vs Il-Kummissjoni, T-324/10.It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 907 tar-Regolament Nru 2454/93 u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tal-Artikolu 41 tagħha dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għamlet użu illegali tal-possibbiltà mogħtija lilha li titlob informazzjoni u li ttawwal b’dan il-mod it-terminu ta’ disa’ xhur sabiex tevita jew almenu tipposponi applikazzjoni futura tal-Artikolu 909 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Il-fatt, għall-Kummissjoni, li tagħti lilha nnifisha (fir-rigward ta’ kwistjoni li fil-prinċipju hija suġġetta għal terminu ta’ disa’ xhur) id-dritt li tiftaħ fl-2013 eżami sħiħ ta’ talba għal maħfra mressqa fl-2007, li tirrigwarda importazzjonijiet imwettqa fl-1999, jikkostitwixxi barra minn hekk ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

____________

____________

1 Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nr

u