Language of document : ECLI:EU:T:2009:433





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L‑Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2009 – Bayer Healthcare vs UASI – Uriach‑Aquilea OTC (CITRACAL)

(Kawża T‑277/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CITRACAL – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CICATRAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn il-prodotti – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 59, 60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Mejju 2008 (Każ R 459/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Uriach‑Aquilea OTC, SL u Bayer Healthcare LLC.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Bayer Healthcare LLC

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali CITRACAL għal prodotti fil-klassi 5 – Applikazzjoni Nru 1757855

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Uriach‑Aquilea OTC, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark nazzjonali verbali CICATRAL għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Bayer Healthcare LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.