Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Novembru 2011 - EMA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/11 R) 

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programm ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku - Deċiżjoni li ttemm il-parteċipazzjoni f'proġett - Nota ta' debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: European Medical Association (EMA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Franchi, L. Picciano u N. di Castelnuovo)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u N. Bambara, sussegwentement S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta' Diċembru 2010, li xxolji kuntratti konklużi għal żewġ proġetti ta' riċerka u tan-nota ta' debitu, tat-13 ta' Diċembru 2010, li tinforma lir-rikorrenti bil-konstatazzjoni ta' kreditu fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-imsemmija kuntratti.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huwa rriżervati.

____________

1 - ĠU C @@, @@.