Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Novembru 2012 - Giordano vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-114/11) 

("Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sajd - Konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd - Rikostituzzjoni tal-ħażniet tat-tonn aħmar - Miżuri ta' urġenza li jipprekludu s-sajd b'bastimenti bil-purse seines - Aġir illeċitu - Rabta kawżali")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-François Giordano (Sète, Franza) (rappreżentanti: D. Rigeade u J. Jeanjean, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta' Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45°W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Jean-François Giordiano huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 139, 07.05.2011