Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2023 – Nike Innovate vs EUIPO (SUPPORT-FIT)

(Kawża T-1072/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nike Innovate CV (Beaverton, Oregon, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J.-C. Rebling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SUPPORT-FIT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 731 327

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 915/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________