Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2023 – ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk vs EUIPO ESSAtech (Aċċessorju għal apparat ta’ kontroll mill-bogħod mingħajr fili)

(Kawża T-1064/23)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: ADS L. Kowalik, B. Włodarczyk s.c. (Sosnowiec, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Oleksyn u M. Stępkowski, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ESSAtech (Přistoupim, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju “Apparat ta’ kontroll mill-bogħod [mingħajr fili] (Aċċessorji għal -)” – disinn Komunitarju Nru 4 539 302-0001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 1070/2020-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn kontenzjuż;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti, b’mod partikolari għall-ispejjeż sostnuti fuq rigward tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tad-dispożizzjonijiet magħqudin tat-tieni sentenza tal-Artikolu 62, tal-Artikolu 63(2) u tal-Artikolu 108 tar-Regolament Nru 6/2002, tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2018/625 1 u tal-Artikolu 41(2)(ċ) u tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet;

ksur tad-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 8(1) u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002, u tal-Artikolu 41(2)(ċ) u tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jiġifieri l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

____________

1     Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430 (ĠU 2018, L 104, p. 1).