Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Kik Textilien und Non-Food vs EUIPO – FF Group Romania (_kix)

(Kawża T-822/16)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: KiK Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Körber u L. Pechan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: FF Group Romania SRL (Bucharest, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “_kix” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 517 901

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2323/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut, u jekk ikun il-każ lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3), moqri flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009.

____________