Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2016 – Kiosked Oy vs EUIPO – VRT, NV van Publiek Recht (k)

(Kawża T-824/16)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kiosked Oy Ab (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VRT, NV van Publiek Recht (Brussels, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali figurattiva li tinkludi l-element verbali bl-abjad u l-iswed bl-element verbali “K” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 112 969

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 279/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Settembru 2016, fil-Każ Nru R0279/2016-4 li tilqa’ l-oppożizzjoni ta’ VRT, NV van Publiek Recht u tirrifjuta r-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Nru W01112969 K (fig.) (iktar ʼil quddiem il-“K LOGO”) għas-servizzi segwenti fil-klassi 35 “Reklamar; ġestjoni ta’ affarijiet kummerċjali; amministrazzjoni kummerċjali; xogħlijiet ta’ uffiċċju” u fil-klassi 42 “Ħolqien u żvilupp ta’ software” u tippermetti r-reġistrazzjoni ta’ K LOGO għas-servizzi msemmija iktar ʼil fuq;

tikkundanna lill-parti li opponiet għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni, inkluż l-ispejjeż ta’ rappreżentanza legali, skont id-deskrizzjoni tal-ispejjeż li għandha tiġi ppreżentata mir-rikorrenti fit-terminu previst fl-Artikolu 85 tar-Regolament dwar it-trade mark Ewropea, u jekk dan ma jsirx, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________