Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2018 – Kiosked vs EUIPO – VRT (K)

(Kawża T-824/16) 1

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva K – Trade mark Benelux figurattiva preċedenti K – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kiosked Oy Ab (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: De Vlaamse Radio- en Televisieomroeporganisatie (VRT) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P.-Y. Thoumsin u E. Van Melkebeke, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 (Każ R 279/2016–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VRT u Kiosked.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kiosked Oy Ab għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn De Vlaamse Radio- en Televisieomroeporganisatie (VRT).

____________

1     ĠU C 22, 23.1.2017.