Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2018 – Kik Textilien und Non-Food vs EUIPO – FF Group Romania (_kix)

(Kawża T-822/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea _kix – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tilwima li titlef l-iskop tagħha – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Artikolu 173(1) u (2) tar-Regoli tal-Proċedura – Intervent mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Risposta ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KiK Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Körber u L. Pechan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: FF Group Romania SRL (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: A. Cavescu, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2323/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn KiK Textilien und Non-Food u FF Group Romania.

@@

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ KiK Textilien und Non-Food GmbH.

FF Group Romania għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 22, 23.1.2017.