Language of document : ECLI:EU:T:2018:133

Kawża T-824/16

Kiosked Oy Ab

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva K – Trade mark Benelux figurattiva preċedenti K – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2018

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta' evalwazzjoni

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)]

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)]

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi K

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)]

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)]

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Identiċità bejn is-sinjal u t-trade mark – Kunċett – Sinjal li jirriproduċi, mingħajr emenda jew żieda, l-elementi kollha li jikkostitwixxu t-trade mark jew, ikkunsidrat fl-intier tiegħu, li jinkludi differenzi tant insinjifikattivi li jistgħu ma jintebħux minn għajnejn konsumatur medju [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)]

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Identiċità kunċettwali bejn sinjali li jirreferu għall-istess ittra tal-alfabett

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)]

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti – Effett

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)]

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31, 32, 69)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 33, 72, 73)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 43, 49, 67, 70, 71, 74, 82-85)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 50, 80)

5.      Żewġ trade marks ikunu jixxiebhu meta, mill-perspettiva tal-pubbliku rilevanti, teżisti bejniethom ugwaljanza għall-inqas parzjali fir-rigward ta’ aspett rilevanti wieħed jew iktar.

B’kuntrast mal-kunċett ta’ xebh, il-kunċett ta’ identità jimplika, fil-prinċipju, li ż-żewġ elementi pparagunati jkunu l-istess f’kull aspett. Madankollu, peress li, minn naħa, il-perċezzjoni ta’ identità għandha tiġi evalwata fir-rigward ta’ konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u avżat u, min-naħa l-oħra, il-perċezzjoni ta’ identità ma hijiex ir-riżultat ta’ paragun dirett tal-karatteristiċi kollha tal-elementi pparagunati, il-preżenza ta’ differenzi insinjifikattivi li jistgħu ma jiġux innotati mill-konsumatur medju ma teskludix l-eżistenza ta’ identiċità bejn is-sinjali pparagunati. Għalhekk, skont il-ġurisprudenza, sinjal ikun identiku għal trade mark meta jirriproduċi, mingħajr ebda modifika jew żieda, l-elementi kollha li jikkostitwixxu din it-trade mark jew meta, meqjus fl-intier tiegħu, ikollu differenzi tant insinjifikattivi li jistgħu ma jiġux innotati mill-konsumatur medju.

(ara l-punti 56, 57)

6.      Fir-rigward tal-paragun kunċettwali taż-żewġ trade marks ikkostitwiti minn ittra waħda, għandu jiġi kkonstatat li r-rappreżentazzjoni grafika ta’ ittra tista’ tfakkar, f’moħħ il-pubbliku rilevanti, aspett distint ħafna, jiġifieri fonema partikolari. F’dan ir-rigward, ittra tirreferi għal kunċett. Isegwi li jista’ jkun hemm identità kunċettwali bejn sinjali meta dawn jirreferu għall-istess ittra tal-alfabett.

(ara l-punti 66, 67)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 79)