Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (Pallas Halloumi)

(Kawża T-825/16) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Pallas Halloumi – Trade mark ta’ ċertifikazzjoni tar-Renju Unit verbali preċedenti HALLOUMI – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Papouis Dairies Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2065/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u Papouis Dairies.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 22, 23.1.2017.