Language of document : ECLI:EU:T:2018:482

Kawża T-825/16

Ir-Repubblika ta’ Ċipru

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Pallas Halloumi – Trade mark ta’ ċertifikazzjoni tar-Renju Unit verbali preċedenti HALLOUMI – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2018

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Karattru distintiv jew ta’ reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Effett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti – Rikonoxximent ta’ ċertu livell ta’ karattru distintiv ta’ trade mark nazzjonali

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva Pallas Halloumi u trade mark verbali HALLOUMI

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Xebh viżiv bejn trade mark figurattiva u trade mark verbali

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti – Effett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

1.      Skont ġurisprudenza stabbilita, probabbiltà ta’ konfużjoni tikkostitwixxi l-probabbiltà li l-pubbliku jista’ jaħseb li l-prodotti jew is-servizzi inkwistjoni joriġinaw mill-istess impriża jew minn impriżi b’konnessjonijiet ekonomiċi. Skont din l-istess ġurisprudenza, il-probabbiltà ta’ konfużjoni għandha tiġi evalwata globalment, skont il-perċezzjoni li l-pubbliku rilevanti għandu tas-sinjali u tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni, u fid-dawl tal-fatturi rilevanti kollha tal-każ, b’mod partikolari tal-interdipendenza bejn ix-xebh tas-sinjali u dak tal-prodotti jew tas-servizzi indikati.

L-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni timplika ċerta interdipendenza tal-fatturi meħuda inkunsiderazzjoni u, b’mod partikolari, tax-xebh tat-trade marks u tal-prodotti jew tas-servizzi indikati. Għalhekk, livell baxx ta’ xebh bejn il-prodotti jew is-servizzi indikati jista’ jiġi kkumpensat minn livell għoli ta’ xebh bejn it-trade marks, u viċe versa.

Kif jirriżulta mill-premessa 8 tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (li sar il-premessa 11 tar-Regolament 2017/1001), l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni tiddependi minn numru ta’ fatturi, u b’mod partikolari mill-għarfien li l-pubbliku għandu tat-trade mark fis-suq inkwistjoni. Billi l-probabbiltà ta’ konfużjoni hija iktar u iktar estiża mill-karattru distintiv tat-trade mark juri li huwa sinjifikattiv, it-trade marks li għandhom karattru distintiv għoli, intrinsikament jew minħabba li jkunu magħrufin lill-pubbliku, igawdu minn protezzjoni iktar wiesgħa minn dawk li għandhom karattru distintiv iktar baxx.

(ara l-punti 23, 75, 76)

2.      Il-probabbiltà ta’ konfużjoni, fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, bejn żewġ trade marks kunfliġġenti, ma għandhiex tiġi evalwata fuq il-bażi ta’ xebh, fl-astratt, tas-sinjali kunfliġġenti u tal-prodotti jew servizzi indikati minnhom. L-evalwazzjoni ta’ din il-probabbiltà għandha pjuttost tkun ibbażata fuq il-perċezzjoni li l-pubbliku rilevanti ser ikollu tal-imsemmija sinjali, prodotti jew servizzi.

B’mod partikolari, skont il-ġurisprudenza, fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-konsumatur medju tal-kategorija ta’ prodotti kkonċernata, normalment informat u raġonevolment attent u avżat. Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-fatt li l-livell ta’ attenzjoni tal-konsumatur medju jista’ jvarja skont il-kategorija ta’ prodotti jew ta’ servizzi inkwistjoni.

(ara l-punti 24, 25)

3.      L-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni għandha, fir-rigward tax-xebh viżiv, fonetiku jew kunċettwali tas-sinjali kunfliġġenti, tkun ibbażata fuq l-impressjoni globali tagħhom prodotta minnhom, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-elementi distintivi u dominanti tagħhom. Il-perċezzjoni tat-trade marks li għandu l-konsumatur medju tal-prodotti jew tas-servizzi inkwistjoni għandha rwol determinanti fl-evalwazzjoni globali tal-imsemmija probabbiltà. F’dan ir-rigward, il-konsumatur medju normalment jipperċepixxi trade mark fl-intier tagħha u ma joqgħodx jeżamina d-diversi dettalji tagħha.

L-evalwazzjoni tax-xebh bejn żewġ trade marks ma tistax tillimita ruħha b’mod li jittieħed biss inkunsiderazzjoni komponent ta’ trade mark kumplessa u li jitqabbel ma’ trade mark oħra. Għall-kuntrarju, hemm lok li l-paragun isir billi jsir eżami tat-trade marks inkwistjoni, fejn kull waħda titqies fl-intier tagħha, b’mod li ma jeskludix li l-impressjoni globali prodotta fil-memorja tal-pubbliku rilevanti minn trade mark kumplessa tista’, f’ċerti ċirkustanzi, tkun iddominata minn wieħed jew iktar mill-komponenti tagħha. Huwa biss jekk il-komponenti l-oħra kollha tat-trade mark ikunu negliġibbli li l-evalwazzjoni tax-xebh tkun tista’ ssir fuq il-bażi tal-element dominanti biss. Dan jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, meta dan il-komponent ikun jista’ jiddomina waħdu l-immaġni ta’ dik it-trade mark f’moħħ il-pubbliku rilevanti, b’tali mod li l-komponenti l-oħra kollha tat-trade mark ikunu negliġibbli fl-impressjoni globali prodotta minnha.

(ara l-punti 27, 28)

4.      L-evalwazzjoni tal-karattru distintiv ta’ trade mark għandha importanza partikolari sa fejn l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni twettqet globalment u li timplika ċerta interdipendenza tal-fatturi li jittieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod li l-imsemmija probabbiltà hija iktar u iktar għolja milli huwa b’saħħtu l-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti. Għalhekk, il-livell dgħajjef ta’ karattru distintiv timplika grad ta’ xebh bejn is-sinjali kunfliġġenti, jew bejn il-prodotti u s-servizzi kkonċernati iktar importanti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.

Meta l-oppożizzjoni hija bbażata fuq l-eżistenza ta’ trade mark nazzjonali preċedenti, il-kontrolli fuq il-livell ta’ karattru distintiv ta’ din it-trade mark għandhom madankollu limiti, peress li dawn ma jistgħux iwasslu għall-konstatazzjoni ta’ waħda mir-raġunijiet assoluti għal rifjut previsti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri n-nuqqas ta’ karattru distintiv jew il-karattru purament deskrittiv ta’ din it-trade mark. B’hekk, sabiex ma jinkisirx l-Artikolu 8(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 8(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009, irid jiġi rrikonoxxut ċertu livell ta’ karattru distintiv lit-trade mark nazzjonali invokata insostenn tal-oppożizzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea.

(ara l-punti 36, 37)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 41-43, 47, 51-53, 59-68, 83, 84)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 50)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 58)

8.      Ir-rikonoxximent ta’ karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti ma jostakolax li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni. Fil-fatt, għalkemm il-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-probabbiltà ta’ konfużjoni, dan ma huwiex ħlief element wieħed fost oħrajn li huma involuti f’din l-evalwazzjoni. Għalhekk, anki fil-preżenza ta’ trade mark preċedenti b’karattru distintiv dgħajjef, jista’ jkun hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, b’mod partikolari, minħabba xebh bejn is-sinjali u bejn il-prodotti jew is-servizzi kkonċernati.

(ara l-punt 77)