Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Vans vs EUIPO – Deichmann (V)

(Kawża T-817/16) 1

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti V – Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti – Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625] – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Hanne, sussegwentement A. Söder u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2030/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deichmann u Vans.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Vans, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 22, 23.1.2017.