Language of document : ECLI:EU:T:2018:880


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disaù Awla) tas)6 ta’ Diċembru 2018 – Vans vs EUIPO – Deichmann (V)

(Kawża T-817/16)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti V — Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti — Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625] — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Fatti, provi u osservazzjonijiet ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni – Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti – Estratt mid-database CTM-Online tal-Uffiċċju dwar reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea – Esklużjoni

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 19(2)(a)(ii))

(ara l-punt 36)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Fatti, provi u osservazzjonijiet ippreżentati insostenn tal-oppożizzjoni – Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti – Estratt mid-database TM-View tal-Uffiċċju dwar reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi l-Unjoni Ewropea – Inklużjoni

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 19(2)(a)(ii) u (3))

(ara l-punti 39-41)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 60-62, 64-65)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 69)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks figurattivi V

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 74-78, 84-87, 99-101, 105-108, 127)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 88)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Sinjali li jistgħu jikkostitwixxu trade mark – Sinjal magħmul minn ittra unika – Kundizzjoni – Karattru distintiv

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 4)

(ara l-punti 115-117)

8.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appelli quddiem il-Bordijiet tal-Appell – Kontestazzjoni tad-deċiżjoni appellata mill-konvenut fl-osservazzjonijiet tiegħu

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 216/96, Artikolu 8(3); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 59, 60(2) u 64(1))

(ara l-punti 144-147, 156)

9.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Portata tal-prinċipju

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75(2))

(ara l-punt162)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2030/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deichmann u Vans.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vans, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.