Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-62/13) 1

(Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti – Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentant ġdid – Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tat-Tribunal – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: A., avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinżamm is-somma ta’ EUR 500 u ħames sommiet oħra ta’ EUR 504.67 mill-allowance tal-invalidità tar-rikorrent, għax-xhur ta’ Lulju sa Diċembru 2012 rispettivament.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-62/13, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.