Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2013 – Post Invest Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-413/12) 1

[“ Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani favur De Post – La Poste (issa ‘bpost’) – Kumpens għall-ispejjeż ta’ servizz pubbliku – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà – Offerti ta’ prova ġodda”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Post Invest Europe Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. van de Walle de Ghelcke u T. Franchoo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 5 sa 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/321/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar il-miżura SA.14588 (C 20/09), implementata mill-Belġju favur de Post - La Poste (issa ‘bpost’) (ĠU L 170, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju tal-Belġju.

Post Invest Ewropa Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 343, 10.11.2012.