Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2014 – HP Health Clubs Iberia vs UASI – Shiseido (ZENSATIONS)

(Kawża T-416/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ZENSATIONS – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ammissibbiltà tat-talbiet tal-intervenjent – Artikolu 46 tar-Regoli tal-Proċedura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75, l-ewwel sentenza, tar-Regolament Nru 207/2009 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: HP Health Clubs Iberia, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shiseido Company Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: B. Moreau-Margotin, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 2212/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Shiseido Company Ltd u HP Health Clubs Iberia, SA.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    It-talbiet ta’ Shiseido Company Ltd, għajr dik intiża essenzjalment għaċ-ċaħda tar-rikors, huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.

3)    HP Health Clubs Iberia, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI).

4)    Shiseido Company għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 355, 17.11.2012.