Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-1 ta’ Diċembru 2020 – V A, Z A vs TP

(Kawża C-645/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: V A, Z A

Konvenut: TP

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-punt (1)(a) tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta r-residenza abitwali tad-deċedut fil-mument tal-mewt ma tkunx tinsab fi Stat Membru, il-qorti ta’ Stat Membru li fih ir-residenza abitwali tad-deċedut ma kinitx stabbilita iżda li tikkonstata li dan tal-aħħar kellu n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat u kien jipposjedi assi hemm għandha, ex officio, tirrileva l-ġurisdizzjoni sussidjarja tagħha prevista minn dan it-test?

____________

1 ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3, u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.