Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2009 - JanSport Apparel vs UASI (BUILT TO RESIST)

(Kawża T-80/07)

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BUILT TO RESIST - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JanSport Apparel Corp. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, C. Casalonga u K. Dimidjian-Lecompte, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Laitinen, sussegwentement O. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta' Jannar 2007 (Każ R 1090/2006-2) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BUILT TO RESIST bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

JanSport Apparel Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 95, 28.4.2007.