Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta' Novembru 2012 - Phonebook of the World vs UASI - Seat Pagine Gialle (PAGINE GIALLE)

(Kawża T-589/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali PAGINE GIALLE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta' karattru deskrittiv - Assenza ta' sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw komunement - Artikolu 7(1)(b) sa (d), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Kisba ta' karattru distintiv bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Phonebook of the World (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Bertrand, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seat Pagine Gialle SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta' Awwissu 2011, (Każ R 1541/2010-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Phonebook of the World u Seat Pagine Gialle SpA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Phonebook of the World hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 32, 04.02.2012.