Language of document : ECLI:EU:T:2012:609





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 – Phonebook of the World vs UASI – Seat Pagine Gialle (PAGINE GIALLE)

(Kawża T-589/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali PAGINE GIALLE — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru distintiv — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Assenza ta’ sinjali jew ta’ indikazzjonijiet li jintużaw komunement — Artikolu 7(1)(b) sa (d), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks komposti esklużivament minn sinjali jew minn indikazzjonijiet li jintużaw komunement bil-lingwaġġ kurrenti jew fl-użanzi leali u stabbiliti tal-kummerċ — Karattru normali — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(d)) (ara l-punt 29)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv, deskrittivi jew komuni — Trade mark verbali PAGINE GIALLE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) sa (d)) (ara l-punti 31, 34-46)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Awwissu 2011, (Każ R 1541/2010‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Phonebook of the World u Seat Pagine Gialle SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Phonebook of the World hija kkundannata għall-ispejjeż.