Language of document : ECLI:EU:C:2018:203





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Marzu 2018 — Podilă et

(Kawżi magħquda C-133/17 u C-134/17) (1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 89/391/KEE — Saħħa u sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol — Klassifikazzjoni bħala post ta’ xogħol li jesponi lill-ħaddiema għal kundizzjonijiet partikolari jew speċjali — Evalwazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol — Obbligi ta’ min iħaddem”

Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Direttiva 89/391 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol — Kamp ta’ applikazzjoni — Kalkolu tal-pensjonijiet tal-irtirar tal-ħaddiema skont il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom f’diversi gruppi f’riskju — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi skadenzi stretti u proċeduri li ma jippermettix lill-qrati nazzjonali li jirrevedu jew li jistabbilixxu l-imsemmija klassifikazzjoni — Esklużjoni, anki fid-dawl tal-Artikoli 114(3) TFUE, 151 TFUE u 153 TFUE

(Artikoli 114(3) TFUE, 151 TFUE u 153 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 89/391, Artikoli 9(1) u (2) u 11(6))

(ara l-punti 37, 38, 42-45 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 114(3) u l-Artikoli 151 u 153 TFUE kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiffissa skadenzi stretti u proċeduri li ma jippermettix lill-qrati nazzjonali li jirrevedu jew li jistabbilixxu l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet tal-ħaddiema f’diversi gruppi f’riskju, li abbażi tagħha jiġu kkalkolati l-pensjonijiet ta’ rtirar ta’ dawn il-ħaddiema.


1 ĠU C 202, 26.06.2017.