Language of document :

Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2021 minn Graham R. Watson (T-245/20) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Settembru 2021 fil-Kawżi magħquda T-240/20 sa T-245/20, Arnaoutakis et vs Il-Parlament

(Kawża C-716/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Graham R. Watson (rappreżentanti : J. M. Martínez Gimeno, abogado, D. Sarmiento Ramírez-Escudero, abogado, E. Arnaldos Orts, abogado, F. Doumont, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Tannulla s-sentenza appellata fit-totalità tagħha;

Tiddeċiedi t-tilwima u tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament sa fejn din tiċħad it-talba tar-rikorrent, minħabba li ma laħaqx l-età meħtieġa ta’ 65 sena, li jingħata dritt għal pensjoni komplementari volontarja;

Tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-proċedura ta’ appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-245/20.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji tal-appell huma bbażati: (i) fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Bureau sabiex jieħu d-deċiżjoni tal-Bureau tal-2018, b’mod partikolari, sa fejn din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet materjali għad-drittijiet li qegħdin jiġu akkwistati qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal; (ii) fuq il-ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tad-drittijiet li qegħdin jiġu akkwistati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn tal-aħħar; (iii) fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; (iv) fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (assenza ta’ miżuri tranżitorji) u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

____________