Rikors ippreżentat fil-21 ta' Marzu 2007 - Potoms u Scillia vs Il-Parlament
(Kawża F-26/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gerrit Potoms (Malines, Il-Belgju) u Mario Scillia (Brussell, Il-Belgju) [rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats]
Konvenut: Il-Parlament Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara li l-Artikoli 5 u 12 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal huma illegali;
tannulla d-deċiżjonijiet individwali li jinnominaw lir-rikorrenti għal impjieg ta' amministratur, peress li dawn jistabbilixxu l-klassifikazzjoni tagħhom skond l-Artikolu 5(2) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
tiddikjara li l-miżuri ta' applikazzjoni li jirrigwardaw l-għoti ta' punti ta' mertu u ta' promozzjoni huma illegali peress li jipprovdu għat-tneħħija ta' punti ta' mertu u ta' promozzjoni fil-każ li wieħed jgħaddi minn grupp ta' funzjoni għal ieħor;
tannulla d-deċiżjonijiet individwali li jneħħu l-punti ta' mertu u ta' promozzjoni miġbura mir-rikorrenti fil-kategorija tagħhom ta' qabel;
tannulla d-deċiżjonijiet individwali li japplikaw fattur multiplikatur inqas minn 1 sabiex jiġi ddeterminat is-salarju tar-rikorrenti;
tikkundanna lill-Parlament Ewropej ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi simili għal dawk invokati fil-kawża F-31/06.
1 ____________1 - ĠU C 131 tat-3.6.2006, p. 50.