Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Lulju 2011 - Petroci vs Il-Kunsill
(Kawża T-160/11 R)
"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire - Iffriżar ta' fondi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-proċeduri prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société nationale d'opérations pétrolières de la Côte d'Ivoire Holding (Petroci Holding) (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex tinkiseb, skont l-Artikolu 278 TFUE, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 1).
Dispożittiv
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________