Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Frar 2013 - Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-241/10)
["FAEGG, FAEG u FAEŻR - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament - Pagamenti indiretti - Sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ ta' art agrikoli - Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Insuffiċjenza ta' effiċjenza u ta' affidabbiltà - Irregularitajiet intenzjonali - Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004"]
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, B. Majczyna u D. Krawczyk, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, A. Szmytkowska u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/152/UE, tal-11 ta' Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 63, p. 7), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika tal-Polonja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
____________1 - ĠU C 209, 31.07.2010.