Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 – SolarWorld et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); Global Sun Ltd (Sliema, Malta); Silicio Solar, SAU (Puertollano, Spanja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE, tat-2 ta’ Awwissu 2013, li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ xieraq, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u tal-Artikoli 8(4) u 19(2) tar-Regolament bażiku antidumping 1 , inkwantu:

il-Kummissjoni kkonkludiet ftehim mal-Gvern Ċiniż u mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ makkinarju u prodotti elettroniċi, fejn din tal-aħħar taġixxi f’isem grupp kbir ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi, mingħajr ma żvelat, debitament, il-kundizzjonijiet essenzjali tal-impenn inkwistjoniil-Kummissjoni ma tatx lill-partijiet ikkonċernati l-possibbiltà li jifformulaw osservazzjonijiet, b’mod effettiv u fil-ħin, dwar l-offerta ta’ impenn approvata mid-deċiżjoni kkontestata.It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u l-ksur tal-Artikoli 6(1) u 8(1) tar-Regolament bażiku antidumping, inkwantu d-deċiżjoni kkontestata tinjora arbitrarjament il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni u tiffissa prezz minimu għall-importazzjoni li huwa manifestament mhux xieraq sabiex tiġi eliminata l-ħsara kkawżata lill-produtturi tal-UE.It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE, inkwantu d-deċiżjoni kkontestata taċċetta u ssaħħaħ akkordju orizzontali fuq il-prezzijiet u, għaldaqstant, tmur kontra l-projbizzjoni t

a

’ kull distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern imposta mit-TFUE.

____________

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat- 30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet