Language of document :

Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2023 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-752/20, IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-559/23 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: International Management Group (IMG) (rappreżentanti: L. Levi, J.-Y. de Cara, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Ġunju 2023 fil-Kawża T-752/20, IMG vs Il-Kummissjoni;

B’konsegwenza, tilqa’ t-talbiet tal-ewwel istanza tal-appellanti u, għaldaqstant,

Tiddeċiedi li l-Kummissjoni Ewropea kienet suġġetta għal responsabbiltà mhux kuntrattwali;

Tikkundanna lill-appellata tikkumpensa d-dannu subit mill-appellanti evalwat, suġġett għal kompletezza, għal EUR 10 000 fix-xahar fuq perijodu li beda f’nofs Diċembru 2015 u li jibqa’ għaddej sal-pronunzja tas-sentenza li għandha tingħata għad-dannu morali, u għal EUR 2 100 000 għad-dannu materjali (żieda tal-interessi moratorji);

Tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.

Ksur tal-Artikolu 340 TFUE u tal-kunċett ta’ rabta kawżali – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti – Ksur tal-prinċipju omnia petita

Żball ta’ liġi – Klassifikazzjoni ġuridika żbaljata tal-fatti – Ksur tal-Artikolu 340 TFUE u tal-kunċetti ta’ illegalità tal-aġir u ta’ imputabbiltà – Żnaturament tal-proċess

Ksur tad-dmir ta’ premura – Ksur mill-qorti tal-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha

Ksur tad-dmir ta’ diliġenza – Ksur tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 883/2013 – Ksur tal-Artikolu 340 TFUE u tal-kunċett ta’ illegalità tal-aġir

Fuq it-talba tal-Kummissjoni dwar il-parir tas-servizz legali: ksur tal-prinċipu ta’ kontradittorju u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet

____________