Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSzegedi Törvényszék (l-Ungerija) fis6 ta’ Settembru 2023 – SPAR Magyarország Kft vs Bács-Kiskun Vármegyei Kormányhivatal

(Kawża C557/23, SPAR Magyarország)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Spar Magyarország Kft.

Konvenut: Bács-Kiskun Vármegyei Kormányhivatal

Domandi preliminari

L-Artikolu 83(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007  (iktar’ il quddiem ir-“Regolament OKS”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, filwaqt li tinvoka sitwazzjoni ta’ emerġenza, timponi fuq in-negozjanti l-obbligu li jqiegħdu għall-bejgħ bi prezz fiss awtorizzat sensiela ta’ prodotti agrikoli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament OKS fi kwantitajiet li ma jiġux iddeterminati abbażi tal-kwantitajiet medji ta’ kuljum maħruġa min-negozjant fis-sena ta’ referenza, iżda indipendentement minn dan, abbażi tal-kwantitajiet medji ta’ kuljum li n-negozjant kellu għall-bejgħ fis-sena ta’ referenza?1

L-Artikolu 90a(3) tar-Regolament OKS għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-impożizzjoni obbligatorja ta’ multa anki fil-każ fejn, fil-jum tal-ispezzjoni, il-kummerċjant qiegħed għall-bejgħ sensiela ta’ prodotti agrikoli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament OKS fi kwantitajiet ekwivalenti għall-kwantitajiet medji ta’ kuljum li huwa ħareġ fis-sena ta’ referenza u fejn il-konsumaturi għandhom tali prodotti għad-dispożizzjoni tagħhom?

____________

1 ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2014, L 189, p. 261; ĠU 2016, L 130, p. 8; ĠU 2020, L 1, p. 5; ĠU 2022, L 195, p. 106; u fil-ĠU 2023, L 200, p. 51.