Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal judiciaire de Metz (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2023 – Caisse autonome de retraite des chirurgiens-dentistes et des sages-femmes (CARCDSF) vs E... D...

(Kawża C-401/23, CARCDSF)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal judiciaire de Metz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caisse autonome de retraite des chirurgiens-dentistes et des sages-femmes (CARCDSF)

Konvenut: E... D...

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 TFUE, li jipprevedi l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-obbligu ta’ affiljazzjoni u ta’ kontribuzzjoni għal skema pubblika ta’ sigurtà soċjali , prevista mill-Artikolu L 111-1 tal-code de la sécurité sociale (il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali), li jirrigwarda f’dan il-każ l-iskema ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija maċ-CARSDF, fid-dawl minn naħa tal-kriterju ta’ koerenza u min-naħa l-oħra tal-kriterju ta’ sistematiċità, sa fejn il-miżura restrittiva nazzjonali ssegwi l-għan taż-żamma u tal-garanzija tal-bilanċ finanzjarju tal-iskema ta’ sigurtà soċjali, iżda mingħajr ma qatt tilħaq dan l-għan, u bl-organizzazzjoni tal-ġestjoni tad-defiċit rikorrenti?

____________