Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2023 – Medela vs EUIPO

(Kawża T-97/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali THE SCIENCE OF CARE – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Medela Holding AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Hartmann, S. Fröhlich u H. Lerchl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Ringelhann u M. Eberl, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1163/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 127, 11.4.2023.