Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Jannar 2008 - Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

(Kawża F-1/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta' l-Appell li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad A*11 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2005 u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni 2005/06 tar-rikorrent, inkluża d-Deċiżjoni Nru 01/2007 tal-Kumitat ta' l-Appell li jżomm dan ir-rapport, li r-rikorrent irċeviha fit-2 ta' Marzu 2007;

tannulla d-deċiżjonijiet konnessi u dawk sussegwenti, b'mod partikolari dik li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD11 fl-2007;

tannulla d-deċiżjoni tal-laqgħa limitata tal-Qorti ta' l-Awdituri tat-8 ta' Marzu 2007 li jiġġedded il-mandat ta' Michel Hervé fl-1 ta' Lulju 2007 għal terminu ta' sitt snin;

tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri għall-kumpens tad-dannu morali mġarrab fl-ammont ta' EUR 10 000, kif ukoll għall-kumpens tad-dannu materjali kkostitwit mid-differenza bejn is-salarji riċevuti mir-rikorrent mid-data meta ħadu effett l-aħħar deċiżjonijiet ta' promozzjoni, imħabbra fit-3 ta' April 2007, u dawk li kien ikollu dritt għalihom li kieku ngħata promozzjoni fid-data meta ħadu effett dawn id-deċiżjonijiet;

tikkundanna lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________