Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Lulju 2012 - Laboratoire Garnier vs UASI (natural beauty)
(Kawża T-559/10)
["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Kommunitarja figurattiva natural beauty - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoire Garnier et Cie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment R. Dissmann u A. Steegmann, sussegwentement R. Dissman, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Settembru 2010 (Każ R 971/2010-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv natural beauty bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Laboratoire Garnier et Cie hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 38, 05.02.2011.