Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 - Tachelet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/04)

("Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja- M'hemmx lok għal deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża : Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent : Guy Tachelet (Rijmenam, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta : Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Settembru 2003 rigward bidla fil-klassifikazzjoni ta' grad tar-rikorrent, sa fejn hija tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskala, fid-data tal-ħatra, għall-grad B 4, it-tieni skala, u sa fejn hija ma stabbilixietx lir-rikorrent mill-ġdid fil-karriera u talba għall-annullament tad-deċiżjoni rigward rifjut tal-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tal-allegat dannu li jirriżulta minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

M'għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 262, 23.10.2004