Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 taʼ April 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-34/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Duta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċizjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-31 ta’ Jannar 2013 dwar l-ilment tar-rikorrenti tal-25 ta’ Settembru 2012;

jannulla d-deċiżjonijiet tat-28 ta’ Ġunju 2012 u tas-16 ta’ Lulju 2012 li jinnotifikaw lir-rikorrent ir-rifjut għall-aċċess għall-fażi tal-preselezzjoni magħrufa bħala ċ-“Ċentru ta’ Evalwazzjoni” fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/230-231/12 li pparteċipa fiha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.