Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2024 – Bytedance vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1077/23 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Servizzi diġitali – Regolament (UE) 2022/1925 – Nomina ta’ gwardjan – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bytedance Ltd (George Town, il-Gżejjer Kajman) (rappreżentanti: E. Batchelor, N. Baeten u M. Frese, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Gariazzo, M. Mataija, I. Rogalski u C. Sjödin, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2023) 6102 final, tal-5 ta’ Settembru 2023, li taħtar lil ByteDance bħala gwardjan skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Settembru 2022, dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (E)  2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU 2022, L 265, p. 1).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________