Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2024 – Košovan vs EUIPO – Volkswagen (Voltwagen)

(Kawża T-87/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Štefan Košovan (Preseľany, is-Slovakkja) (rappreżentant: A. Bělohlávek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Voltwagen” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 198 314

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 2216/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u laqgħet l-oppożizzjoni għas-servizzi fil-Klassi 37 speċifikati fil-punt 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż quddiem l-EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO u sa fejn ikun il-każ il-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura;

Sussidjarjament, ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u laqgħet l-oppożizzjoni għas-servizzi fil-Klassi 37 speċifikati fil-punt 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u sa fejn ikun il-każ il-parti l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura;

tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO sa fejn id-deċiżjoni kkontestata hija annullata.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 54(1)(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bordijiet tal-Appell flimkien mal-Artikolu 27(4) u mal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________