Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2024 – Vinatis vs EUIPO – Vinites (VINATIS)

(Kawża T-86/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vinatis (Annecy, Franza) (rappreżentant: J. Canlorbe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vinites NV (Ms Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VINATIS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 274 852

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 2110/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn iddikjarat li t-trade mark preċedenti kienet intużat ġenwinament għal ċerti servizzi fil-klassijiet 35 u 41;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-evalwazzjoni ta’ prova ta’ użu ġenwin għas-servizzi fil-klassi 35;

Ksur tal-Artikolu 94 u tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-evalwazzjoni ta’ prova ta’ użu ġenwin għas-servizzi fil-klassi 41.

____________